Arkivji mensili: Frar 2025

“Qaddis ħaj” – is-sentiment tal-parruċċani f’Tal-Ibraġ dwar Mons. Victor Grech

Baqa' sal-aħħar devot ħafna ta' Ġesù Ewkaristija

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Monsinjur Victor Grech, fuq fomm kulħadd hemm kemm kien raġel qaddis li dejjem kien hemm għal kulħadd.

Newsbook Malta mar fil-parroċċa tal-Ibraġ fejn għal snin twal Monsinjur Grech serva bħala saċerdot, biex jitkellem mal-parruċċani li fakkru l-memorji sbieħ li għandhom tiegħu. Fi kliem in-nies hu kien “qaddis ħaj”.

Kien hemm ħafna li qalu li bis-saħħa tiegħu reġgħu resqu lejn il-Knisja, uħud anke fl-aktar mumenti ta’ tbatija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13:15-17,20-21
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Mk 6:30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għal Mons. Victor Grech – 8 ta’ Frar 2025

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għal Mons. Victor Grech, saċerdot li permezz ta’ ħidmietu biddel il‑mod li bih is‑soċjetà Maltija bdiet tħares u taffaċċja kwistjonijiet bħad‑droga, l‑alkoħoliżmu, il‑faqar u l‑inġustizzja soċjali.

Il-quddiesa se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fit-8 ta’ Frar 2025 fl-10:30am.

Imexxi l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna. Jikkonċelebra l-Kapitlu Metropolitan flimkien ma’ saċerdoti oħra.

Wara l-quddiesa, il-funeral ikompli b’mod privat… Kompli aqra »

Iffirmat il-ftehim kollettiv għall-edukaturi bejn l-Iskejjel tal-Knisja u l-MUT

L‑Iskejjel tal‑Knisja u l‑Unjin tal‑Għalliema (MUT) iffirmaw il‑ftehim kollettiv tal‑edukaturi li jaħdmu fl‑Iskejjel tal‑Knisja wara xhur ta’ negozjati. Il‑ftehim hu validu għal ħames snin, bejn l‑2023 u l‑2027. L iffirmar, li sar illum fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, kien ippresedut mill Arċisqof Charles Scicluna.

Minn dan il‑ftehim kollettiv qed jibbenefikaw madwar 3,200 edukatur li jaħdmu fis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika u fil‑55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

“Niftakar kjujiet ta’ żgħażagħ jistennew biex iqerru għand Dun Victor Grech”

Ħadd ma ried jemmnu li kien hawn problema tad-droga

Ritratt: Ian Noel Pace

Waqt il-programm What’s On Newsbook fuq RTK103 ftit wara l-mewt ta’ Monsinjur Victor Grech Monsinjur Charles Cordina fakkar il-memorja tiegħu u rrakkonta kif jiftakar kjujiet ta’ żgħażagħ jistennew nhar ta’ Sibt barra s-Seminarju tal-Furjana biex imorru jqerru għandu. Enfasizza li kien ikun imfittex ħafna anke għal-laqgħat tal-Eżercizzi u wara kien iħeġġeġ lil dawn iż-żgħażagħ għall-volontarjat. Ħareġ biċ-ċar li kellu kelma tajba “b’ħafna ħlewwa u eżempji” u għamel żmien twil bil-programmi fuq ir-Redifussion, Radju Malta u radju RTK103… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13:1-8
Salm: 26 (27):1,3,5.8b-9abċ

L-Evanġelju: Mk 6:14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »

Dettalji tal-funeral ta’ Mons. Victor Grech

7-8 ta’ Frar 2025

Minn għada jibda l-funeral ta’ Mons. Victor Grech li għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar l‑Erbgħa, 5 ta’ Frar 2025. Fid-9:30am jitlaq korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn se jkun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.

L-għada l-korteo funebri jitlaq għall-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ, fejn jingħata tislima mill-Kleru tal-parroċċa u r-residenti Tal-Ibraġ fejn Mons… Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għal Jum il-Missjoni: It-talb iżomm it-tama tagħna ħajja

Pope Francis says that prayer is not only the “primary missionary activity,” but also the key to  “keeping alive the spark of hope lit by God within us…”

The Holy Father gave this comforting reminder in his World Mission Day Message for 2025, which was published by the Holy See Press Office in several languages on Thursday. The Church will observe the 99th edition of the World Day on 19 October… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »