It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
1.30 p.m. L-Arċisqof jattendi ikla fl-okkażjoni tal-Milied għall-impjegati tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi, individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju f’tal-Virtu’.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-E.T. Abdelmawgoud Elhabashy, Ambaxxatur tal-Eġittu, fil-Kurja.
11.30 a.m. L-Arċisqof jattendi festin tal-Milied ma’ l-impjegati fit-Tribunali tal-Knisja.
12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-ikla tal-Milied mas-Seminaristi f’tal-Virtu’.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Sr Rita Vella, il-Provinċjali ġdida tas-Sorijiet ta’ Ulied il-Qalb ta’ Ġesu, flimkien mal-Kunsill tagħha u l-Ekonoma Provincjali.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri u voluntiera tal-Kummisjoni Emigranti għall-awguri tal-Milied, f’Dar l-Emigrant.
L-Erbgħa
11.30 a.m. L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lill-impjegati u kollaboraturi tal-Kurja.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur is-saċerdoti morda fid-djar.
11.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Quddiesa ta’ lejlet il-Milied fil-Katidral tal-Imdina.
Il-Ġimgħa
9.15 am. L-Arċisqof jmexxi Quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Is-Sibt
8.15 a.m. L-Arċisqof jżur ir-residenti fil-faċilita’ Korretiva ta’ Kordin.
Wara nofsinhar, l-Arċisqof iżur il-maratona għall-ġbir ta’ fondi l-Istrina.
Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lin-nies għall-awquri tal-Milied il-Kurja, il-Belt.