It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. il-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet f’Birkirkara bħala parti miż-Żjara Pastorali f’Birkirkara.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-Kappella tal-Universita’ ma’ żgħażagħ li se jkunu mpenjati fil-volontarjat matul is-sajf.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa S. Elena Birkirkara ndividwalment u wara jiltaqa’ magħhom flimkien u joqgħod magħhom għall-ikel.

4.15p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mar-residenti ta’ Dar Pirotta, Birkirkara.

5.45p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien f’ Birkirkara.

7.00p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kunsill Implimentazzjoni Sinodu u Kunsill Ekonomiku Parrokjali ta’ Birkirkara.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti minn Birkirkara ndividwalment fil-Kurja.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa organizzata mill-‘YMCA for homeless’, fi triq ir-Republika, Valletta.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jordna disgħa żgħażagħ bħala presbiteri, fil-Katidral, l-Imdina.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa fil-ftuħ ta’ seminar dwar ‘il-Familja fil-ħsieb Nisrani u Islam’, fiċ-Ċentru islamiku.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, f’ Birkirkara.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija ta’ Birkirkara.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Katekeżi tal-istess parroċċa.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ evalwazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil-parroċċi ta’ Santa Luċija, Għaxaq u Burmurrad.

4.30 pm.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u ma’ żgħażagħ minn Birkirkara.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof ikompli l-laqgħa ta’ evalwazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil- parroċċi ta’ Santa Luċija, Għaxaq u Burmurrad.

4.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani ta’ Birkirkara.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Oratorju San Duminku Savio Birkirkara, jiltaqa’ man-nies taz-zona, u wara jiltaqa’ mal-patrijiet tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl f’Birkirkara, u joqgħhod magħhom għall-ikel.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Franġisk, Birkirkara, jiltaqa’ man-nies, u wara jiltaqa’ mal-Komunita’ reliġjuża tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali u joqgħod magħhom għall-ikel.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.