-
21 – 27 ta’ Ottubru
-
It-Tnejn
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żurrieq.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, fil-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal mill-iskola ta’ St. Elmo, fil-Kurja.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-Kappillani waqt l-irtir tagħhom, Manresa, Għawdex.
7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi Lecture organizzat mill-Istitut tar-Riċerka tal-Arċidjoċesi, Discern, fil-Phoenicia Hotel, Furjana.
Il-Ħamis
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur lir-residenti tad-Dar Sant’ Anna, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Parroċċa Marija Bambina, l-Isla.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija fil-Kandlora, l-Isla.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja fil-Kandlora, l-Isla.
Il-Ġimgħa
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Qrendi fil-Kurja, bi tħejjijja għaż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Qrendi.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan u l-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, is-Seminarju tal-Virtù.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni parti tas-seminar tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan u l-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, is-Seminarju tal-Virtù.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li se jirċievu il-Griżma, fil-Katidral tal-Imdina.
4.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lil Br. Álvaro Rodríguez Echeverría, superjur ġenerali tal-Brothers ta’ De La Salle, għal żjara ta’ kortesija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa, u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Griżma, Ħal-Kirkop.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Griżma, Ħal-Safi.