Impenji tal-Arċisqof

Settembru 21 –27

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek ċentru Pastorali ġdid fl-Imsida.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-għalliema tar-reliġjon, fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-800 sena tar-Regola ta’ San Franġisk, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-ċagħaq.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Teoloġika Djoċesana u tal-Kummisjsoni Ekumenika Djoċesana.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill tas-Segretarjat tal-Caritas.

Il-Ħamis

2.30p.m. L-Arċisqof jħalli Malta għal Spanja għal-Laqgħa tal-Isqfijiet tal-Ordni Dumnikan.