****

Direttur:          Brian Kirk

Atturi:              Chadwick Boseman, Sienna Miller, J. K. Simmons, Stephan James, Taylor Kitsch, Keith David, Alexander Siddig, Louis Cancelmi u Victoria Cartagena

Ħin tal-Film:    110 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  18

Michael Trujillo u Ray Jackson, eks-veterani tal-gwerra, jidħlu jisirqu minn ħanut tax-xorb fejn ukoll kien hemm ħażna ta’ kilogrammi ta’ kokaina. Is-serqa iżda ma tirnexxix għal kollox għax fuq il-post tasal il-pulizija li jiftħu n-nar fuqhom u Michael u Ray ma jkollhomx triq oħra ħlief li jisparaw ukoll b’riżultat li Ray sfortunatament joqtol tmienja minnhom. Michael jagħdab għalih. Ma kienx fil-pjan li joqtlu lil xi ħadd.

Andre  Davis, detektiv  minn NYPD jingħata l-każ biex jaqbad il-ħallelin li qatlu l-pulizija. Davis kien magħruf bħala d-detektiv li joqtol il-qattiela tal-pulizija bħala biss b’self defence. Davis jingħata lil Frankie Burns biex tgħinu fil-każ. Ma jdumux ma jikkonfrontaw aġenti tal-FBI fosthom Butcheo u Degan li ppruvaw jieħdu l-każ f’idejhom huma. Kontra qalbhom l-FBI ċedew u kellhom jaċċettaw il-pjan ta’ Davis li jingħalqu l-pontijiet kollha li kienu jdawwru lil Manhattan, b’kollox 21 pont.  Il-Kaptan McKenna iżda wissiehom li kellhom jaghmluh sal-ħamsa ta’ filgħodu.

Sadanittant Ray u Michael marru għand Bush, il-liason tagħhom biex jipperswadi lil Ali, barun tad-droga  li barra li jtihom aktar flus għal qabda droga li kienu serqu, itihom identità ġdida biex ikunu jistgħu jaħarbu. Ali jaċċetta u jtihom aktar flus u identità ġdida biex jitliqu l-għada filgħodu lejn Miami.

Sadanittant Davis u Burns jidentifikaw lil Ray, Michael u Bush. Bush jinqatel minn Butcho u Dugan li jaslu l-ewwel fuq il-post. Davis jaqbad lil Butcho jpoġġi l-arma tan-nar tiegħu fuq il-persuna ta’ Bush.  Davis jibda jissusspetta li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha l-aktar meta numru kbir ta’ pulizija mmexxija minn Lt. Kelly jassedjaw l-appartament ta’ Adi li ntlaqat  serjament mill-pulizija. Adi  jirnexxilu jgħaddi żewġ flash drives lil Michael  qabel ma’ Michael u Ray jaħarbu minn fuq il-post. Davis u Burn jirnexxilhom jaqbdu lil Michael  u lil Ray wara li dawn joqtlu raġel. X’jiġri minn hawn? X’kien fihom il-flash drives li Ali għadda lil Michael?

Film Amerikan, dramm mimli azzjoni b’vjolenza ħarxa, taħt id-direzzjoni ta’ Brian Kirk b’kitba ta’ Adam Marvis u Matthew Michael Carnahan. Minħabba qtil vjolenti, b’tema ta’ vendetta, korruzzjoni kif ukoll kliem goff u kostanti, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.