It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan fil-Kurja.

It-Tlieta

7.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-Junior College, Imsida, fejn jiċċelebra Quddiesa u wara jiltaqa’ mal-istaff u l-istudenti.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Oratorju San Duminku Savio, Birkirkara.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mad-Dementia Grupp tar-Residenza San Vincenz de Paule, u mal-carers tagħhom, fil-Kurja.

12.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’xandira diretta fuq Radju 101.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas fil-Kurja.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

5.30 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri, Valletta.

Is-Sibt

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali ta’ Ħadd il-Palm, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ li qed jieħdu sehem fl-organizzazzjoni taż-żjara tal-Papa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ, fil-Parroċċa taż-Żejtun.