-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.It-Tlieta
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunità tas-Sorijiet Franġiskani, is-Siġġiewi.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija tal-istess parroċċa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-istess parroċċa.L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lil-membri tal-‘Women’s Federation for World Peace’, għal żjara ta’ korteżija, il-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lil-E.T. José Pons, ambaxxatur ġdid ta’ Spanja għal Malta, għal żjara ta’ korteżija, il-Kurja.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, il-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ndividwalment u joqgħod magħhom għall-ikel, is-Siġġiewi.Il-Ħamis
11.45 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt live-in tal-Kappillani l-ġodda organizzat mis-Segretarjat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi, Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ nies mill-parroċċa tas-Siġġiewi.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili tal-istess parroċċa.Il-Ġimgħa
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, il-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ voluntiera żgħażagħ waqt l-attivita ‘Volunteers Homecoming’ organizzata mill-KDŻ, Dar San Ġużepp, Santa Venera.Is-Sibt
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof, il-Katidral tal-Imdina.
10.45 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-preżentazzjoni tal-ktieb ‘Ilkoll aħwa fi Kristu’, il-memoires tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, Villa De Piro, Mdina.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bidu tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana, fiċ-Ċentru Sant Andrija, Mosta.
8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal-serata organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li matulha ser jingħata l-unur ta’ Ġieħ Ħ’Attard.Il-Ħadd
8.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Santissma Trinità, u wara jiltaqa’ man-nies miż-żona ta’ Kirċippu, is-Siġġiewi.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa mal-adoloxxenti tal-istess parroċċa.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa maż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.