It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fid-Dar tas-Sorijiet f’Ħal Kirkop.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’Ħal Kirkop.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti kollha fil-MUSEUM tas-subien, f’Ħal Kirkop.

L-Erbgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan Dun Victor Scicluna mill-parroċċa ta’ San Girgor tas-Sliema, fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jmexxi katekeżi organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fil-pjazza tal-Katidral tal-Imdina.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jagħmel żjara lill-impjegati tad-Dipartiment tal-VAT, Birkirkara u jiċċelebra quddiesa bi preparazzjoni għall-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-mexxejja tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fid-Domus, f’Ħal Kirkop.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fid-Domus, f’Ħal Kirkop.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jagħmel żjara lill-impjegati minn Bonnici Brothers f’Burmarrad u wara lill-impjegati ta’ Ħal Mann, Ħ’Attard, bi preparazzjoni għall-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

7.00 p.m. L-Arċisqof Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sorijiet Sależjani f’ Tas-Sliema (San Girgor).

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentru Katekeżi, f’Tas-Sliema (San Girgor).

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-200 Anniversarju tat-twelid Fundatur tas-Soċjeta S. Vincenz, Beatu Antoine Federiku Osanam fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Girgor tas-Sliema, u wara jiltaqa’ man-nies.

11.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-parroċċa ta’ San Girgor tas-Sliema.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-Ordinazzjoni għad-Djakonat lil Clinton Farrugia MSSP fil-Katidral tal-Imdina.