It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet fil-Birgu, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Birgu.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-Birgu.
It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Birgu.
4.30 p.m. l-Arċisqof iżur is-Sorijiet Benedittini fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh dwar il-parroċċa tal-Birgu.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp Adoloxxenti tal-Birgu.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-impjegati fid-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Knisja, f’Casa Leone, San Ġiljan, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Birgu ndividwalment.
6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja tal-Birgu.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Birgu flimkien u jiekol magħhom.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-impjegati tal-Power Station, Marsa u jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekisti tal-Birgu, tal-Ħawli.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiż-Żona Tal-Ħawli u wara jiltaqa’ man-nies.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Brothers ta’ De La Salle fil-Birgu u jiekol magħhom.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi seminar dwar il-Media Education, f’Dar Ħanin Samaritan, Sta Venera.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u l-katekisti tat-tfal tal-Birgu.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-evanġelizzazzjoni tal-Birgu.
Is-Sibt
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li se jagħmlu l-Griżma din is-sena, fil-Katidral tal-Imdina.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-ministeru tal-Lettorat lil żewġ seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija.
Il-Ħadd
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili tal-Birgu.
12.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Lunzjata u jiltaqa’ man-nies. Wara, jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani u jiekol magħhom.
6.00 p.m. L-Arċisqof jordna lil Rev Bernard Falzon M.S.S.P. djaknu, fil-Katidral tal-Imdina.