It-Tnejn
9.15 p.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi San Duminku, r-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien, ir-Rabat.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-MUSEUM (subien) mal-katekisti tat-tfal, ir-Rabat.
It-Tlieta
12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fuq il-programm ‘Sellili’ fuq TVM.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Konferenza organiżżata mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol, f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar għall-Viċi Kappillani u wara jiekol magħhom, fis-Seminarju, Tal-Virtu.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet tal-Karita’, ir-Rabat.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adoloxxenti u Żgħażagħ tal-parroċċa tar-Rabat.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ l-Foss ma’ adolexxenti u żgħażagħ tal-Parroċċa tar-Rabat.
Il-Ġimgħa
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kleru tal-Mosta fil-Kurja dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Mosta fir-residenza ta’ Ħ’Attard dwar il-ħatra tal-Arċipriet il-ġdid.
Is-Sibt
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ t-tieni darba ma tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni din is-sena, il-Katidral l-Mdina.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali tal-Furjana fl-okkażjoni tal-ewwel Ċentinarju tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien, il-Floriana.
Il-Ħadd
10.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja ta’ San Mark u wara jiltaqa’ man-nies. Wara jiltaqa’ mal-Patrijiet Agostinjani u jiekol magħhom.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mill-Miġja tal-Istatwa ta’ Santa Marija, l-Imqabba.