It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġurnalisti organizzata mid-Direzzjoni ta’ Leħen is-Sewwa, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales, fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

It-Tlieta

10.00 a.m. Fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid ta’ Mons Mikiel Azzopardi, l-Arċisqof jinawgura Bitħa Dun Mikiel fid-Dar tal-Providenza, Siġġiewi.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-Komunita tas-sorijiet tal-Karita’, Ħal Tarxien.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għall-Prinċipali tal-Kulleġġi tal-Gvern.

11.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

7.00 p.m. Bħala waħda mid-deċiżjonijiet tal-Viżta Pastorali, l-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-komunita’ parrokkjali ta’ Ħ’Attard biex jintroduċi l-proġett ta’ evanġelizzazzjoni f’żoni żgħar.

Il-Ħamis

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur grupp ta’ saċerdoti waqt irtir, f’Mount St. Joseph, Mosta.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-kunċert u ċena fl-okkażjoni tal-festi ċentinarji organizzati mill-Assoċazzjoni Maltija tal-Futbol.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur lis-Sorijiet tal-Monasteru ta’ Santa Katerina, Valletta.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Liturġija ta’ Santa Luċija.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Djakonija ta’ l-istess Parroċċa.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ ta’ Santa Luċija.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tal-Gruppi Familji Nsara tal-Moviment ta’ Kana.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-delegati, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Membri tas-Soċjeta Ċivili ta’ Santa Luċija.

Il-Ħadd

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek l-ewwel Ġebla taċ-Ċentru Parrokkjali ġdid fil-Qrendi.

7.00 p.m. Mons. Arċisqof jattendi għas-serata b’tifkira tas-Sur Joe A. Grima fil-Każin tal-Banda S. Filep Ħaż-żebbuġ.