It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju RTK .

5.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakulta tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri fis-Seminarju, Tal-Virtu.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Ambaxxatur il-ġdid tal-Italja, l-E.T. Giovanni Umberto De Vito, l-Kurja.

8.00 p.m. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali li se tibda minn ħdejn il-monument ta’ Kristu Re, l-Furjana, organizzata minn Radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja.

Il-Ħamis

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Konsagrazzjoni taż-Żjut, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Ġimgħa

3.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Is-Sibt

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi l-funzjoni ta’ Sibt il-Għid, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Għid il-Kbir, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.