It-Tnejn
10.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fiċ-ċeremonja b’tifkira ta’ Anzac Day fiċ-Ċimiterju Militari tal-Pieta.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-istaff tas-Seminarju u l-membri tal-Fakulta tat-Teoloġija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Ms.Kathleen Beckman mill-Gruppi ta’ Talb Magnificat, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fiċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Gruppi Magnificat, fil-Palace Hotel, Sliema.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Grupp Ilwien tal-Fondazzjoni San Giovanna Antida, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi kunċert fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali Mons. Karm Psaila.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. Fl-okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Festi ta’ San Ġużepp Ħaddiem, l-Arċisqof jiltaqa’ mas-sagristani, il-Kurja.
10.45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-ħaddiema ta’ Trasport Malta u jiċċelebra Quddiesa fl-uffiċini tal-kumpanija, Marsa.
7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi lecture minn Abba Seraphim El souriani, Metropolita ta’ Glastonbury, Kap tal- knisja Ortodossa fil-Gran Brittanja, tal-Knisja Kopta Ortodossa u Patrijarka ta’ Lixandra fl-Aula Magna, Valletta.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Abba Seraphim El souriani, Metropolita ta’ Glastonbury, Kap tal- knisja Ortodossa fil-Gran Brittanja, tal-Knisja Kopta Ortodossa u Patrijarka ta’ Lixandra.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Bidu tal-Ministeru ta’ Kapillan ta’ Dun Victor Scicluna fil-Parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.
Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ftuħ taċ-Ċentru ‘Familja Mqaddsa’ fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.