It-Tnejn

9.15am           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ saċerdoti minn Liechtenstein, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.00pm           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-inawgurazzjoni ta’ Patri Ivan Scicluna O.Carm bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.

It-Tlieta

9.30 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jilqa’ lis-Superjura ġdida tal-Kongregazzjoni Little Sisters of the Poor, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

7.00pm           L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għal-Lioness Club.

L-Erbgħa

8.30am           L-Arċisqof jippresiedi Business Breakfast organizzat mis-Segretarjat għall-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali, dwar ‘l-Etika fil-Midja’, fil-Lukanda Excelsior, Floriana.

7.00pm           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa organizzata mill-KDŻ għal-voluntiera żgħażagħ li se jagħmlu xogħol volontarju fis-sajf, fil-Kappella ta’ San Girgor, Żejtun.

Il-Ħamis

5.45pm           L-Arċisqof imexxi l-Vespri, jiċċelebra quddiesa pontifikali u wara t-translazzjoni, fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

Il-Ġimgħa

9.30am           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna 9 żgħażagħ saċerdoti, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

6.30pm           L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ tal-Proġett ‘Independent Living’ f’Dar San Ġużepp, Sta Venera.

8.00pm           L-Arċisqof iżur il-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.

Is-Sibt

10.00am         L-Arċisqof jiċċelebra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof għat-tfal, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

Il-Ħadd

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-25 anniversarju tal-Appostolat tal-Ħniena Divina f’Malta.