-
25 ta’ Novembru – 1 ta’ Diċembru
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Tfal, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħad-Dingli.
It-Tlieta
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.
7.15 p.m. L-Arċisqof imexxi velja għas-saċerdoti f’għeluq is-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ħamis
8.45 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Prayer Meeting taċ-CONG, Ħ’Attard.
Il-Ġimgħa
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ Stella Maris tas-Sliema, li fiha jagħti il-Ministeru tal-Akkolitat lil tlett seminaristi.
Is-Sibt
6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-20 sena anniversarju mit-tmexxija tad-Dar Sagra Familja mill-Azzjoni Kattolika Maltija, Naxxar.
Il-Ħadd
10.00 a.m. L-Arċisqof imexxi quddiesa li fiha jintroduċi lil Patri Michael Camilleri O.P. bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għaż-żgħażagħ organizzata mill-KDŻ, Knisja San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.