It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tal-Blata l-Bajda, flimkien ma’ grupp ta’ saċerdoti li jimxu fuq l-ispiritwalita’ ta’ San Ġorġ Preca, fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twelid tiegħu.
It-Tlieta
6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jordna lir-Rev. Llewellyn Muscat O.P. bħala presbiteru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, Valletta.
L-Erbgħa
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Sajf, Kid Start, fil-Junior Lyceum ta’ Santa Tereża, l-Imrieħel.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kummissjoni Djoċesana għall-Implimentazzjoni Sinodu fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ġimgħa
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur lis-Sorijiet Klarissi’, fil-kunvent tagħhom, f’ San Ġiljan, bi tħejjija għall-elezzjoni tal-Madre Badessa li se ssir ix-xahar id-dieħel
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-delegati tiegħu, fil-Kurja.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Duminku fil-Parroċċa tal-Belt Valletta.