It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali ta’ Ħal-Luqa dwar kappillan ġdid.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ San Ġiljan bħala parti  miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

It-Tlieta

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’San Ġiljan.

6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti fil-MUSEUM tas-subien, f’San Ġiljan.

L-Erbgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-W.R. Kan Louis Suban, Arċipriet tar-Rabat dwar iż-Żjara Pastorali fil-parroċċa.

12.00 L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Kurja għal grupp ta’ pellegrini Pollakki li qed iżuru xi postijiet li kien żar il-Beatu Gwann Pawlu II.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Parrokkjali, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-klinika ta’ St Mark, l-Msida u jbierek t-tabernaklu ġdid.

7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ riflessjoni fuq l-iskrittura għaż-żgħażagħ, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, fil-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur.

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala l-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ Tal-Ibraġġ.

5.30 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa flimkien mal-komunita’ Benedittina ta’ Monte Cassino, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.