It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fil-Katidral tal-Mdina fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet Missjunarji tal-Karita’ f’Bormla u jiċċelebra Quddiesa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi lejla ta’ solidarjeta’ maż-żgħażagħ li temmew il-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas, f’San Blass.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Marsascala dwar iż-żjara Pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tas-Swatar dwar iż-żjara Pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Dar Qalb ta’ Ġesu’, Santa Venera.

8.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-Maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza, fis-Siggiewi.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan fil-Kurja.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Battista fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

9.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-attivita’ ‘World Youth day Experience’ organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDZ) fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali għall-festa ta’ San Ġwann Battista fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Ordinazzjoni għas-Saċerdozju ta’ 12-il seminarist u reliġjużi, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.