It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin f’Mount St. Joseph, Mosta.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fil-Katidral tal-Mdina fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina.

5.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa ta’ ringrazzjament fid-Dar tal-Kleru, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Sr. Nikolina Axisa u Antoinette Mizzi bħala Qaddejja taċ-Ċenaklu.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Arċisqof ta’ Bari li qed imexxi Pellegrinaġġ Pawlin flimkien ma’ saċerdoti oħra, fil-Kurja.

10.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kongregazzjoni Taljana Little Friars and Sisters of Jesus and Mary.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Sezzjoni tal-Koperaturi tal-MUSEUM, fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjeta Missunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Katidral tal-Imdina.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Fakulta’ tat-Teoloġija, tal-Universita’ tal-Malta.

4.45 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Katekeżi San Duminku Savio, Birkirkara.

6.15 p.m. L-Arċisqof iżur Dar Qawsalla, Birkirkara.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali tal-Parroċċa ta’ Birkirkara.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-membri tal-Hospice Movement fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard, u wara jiċċelebra Quddiesa.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesu’ Nażżarenu, Birkirkara.

5.45 p.m. L-Arċisqof iżur l-Istitut ta’ San Franġisk de Paul, Birkirkara.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Henry Cappello, Fundatur tal-moviment Caritas in Veritate International fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Katidral tal-Mdina.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-irtir għall-membri tal-Ordo Virginum, f’Għawdex.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Paroċċa tal-Imġarr.