It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Knisja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bi tħejjija għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, f’Bormla.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arcisqof jattendi l-ewwel sessioni tas-Seminar għat-Tiġdid Presbiterali li se jsir fil-Monasteru tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina

4.00 p.m. L-Arcisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan fil-Kurja.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq TVM.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-kunsill tal-Caritas, fil-Kurja.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum tal-Persuni b’Diżabilita, fl-MFCC, Ta’ Qali.

4.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena mill-konsagrazzjoni tal-Knisja tal-Lunzjata, Birgu.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

12.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-uffiċini tal-Malta Financial Services Authority fl-Imrieħel, jiltaqa’ mal-ħaddiema u jiċċelebra Quddiesa.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Istituti Sekulari, fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jatendi riċeviment mogħti mill-Ambaxxatur Taljan.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.

5.15 p.m. L-Arċisqof jinawgura Palazzo de Piro fl-Imdina.

Il-Ħadd

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi serata Muziko-Letterarja organizzata mis-Soċjeta Filippo Borgia fiċ-Ċentru Pastorali, B’Kara.