-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament tal-40 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Katidral tal-Imdina.It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum iddedikat lill-Anzjani, fil-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jingħata bidu għall-ħidma pastorali ta’ Patri Alexander Borg O.F.M. bħala kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ Sacro Cuor, tas-Sliema.L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunità tas-Sorijiet tal-Karita, id-Dar tal-Providenza, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-Evanġelizzazzjoni tal-parroċċa tas-Siġġiewi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja tal-istess parroċċa.Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-komunità tas-sorijiet tal-Klawsura fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika u jippresiedi l-elezzjoni tal-badessa l-ġdida, il-Birgu.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-bniet tas-Siġġiewi.
7.30 p.m. L- Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.
8.30 p.m. L- Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Adoloxxeni u Żgħażagħ tal-istess parroċċa.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ Kattoliċi minn Queensland, il-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kleru tan-Naxxar dwar il-ħatra ta’ arċipriet ġdid, il-Kurja.
5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali tan-Naxxar dwar il-ħatra ta’ arċipriet ġdid, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
8.00 p.m. L-Arċisqof jippartecipa fit-talba tal-Vespri bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju mill-ftuħ tal-Betlehem Bażaar, f’St Andrew’s Scots’ Church, il-Belt Valletta.Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jieħu sehem fil-purċissjoni tar-Rużarju fl-okkażjoni tal-20 sena anniversarju mill-ftuħ taċ-Ċentru għaż-Żgħażagħ, Ħal-Balzan.Il-Ħadd
11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Isqof il-ġdid, Rt. Rev. Dr Robert Neil Innes, fil-Pro-Katridral ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jingħata bidu għall-ħidma pastorali ta’ Dun David Farrugia bħala kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ Ħal Safi.