It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Rev. Fr Jeffery Williams u s-Sinjura Williams, tal-knisja Anglikana, li se jtemm il-ħatra tiegħu f’Malta. Il-laqgħa se ssir fir-residenza tal-Arċisqof Ħ’Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju ta’ Dun René Cilia, organizzata mis-saċerdoti żgħażagħ, fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

It-Tlieta

10.00 a.m. Fl-okkażjoni tal-Jum il-Persuni b’Diżabilita’, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għal persuni b’diżabilita’ fil-Garden of Eden, iż-Żurrieq.

12.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-kampanja, ‘Make my House a Home’, organizatta mill-Għaqda tal-Istudenti tat-Teoloġija Radju RTK, fil-kampus tal-Universita’ ta’ Malta.

6.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek it-tieni fażi tal-Mużew tal-Emigranti, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

L-Erbgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiftaħ uffiċjalment l-Uffiċċju Djoċesan tal-Volontarjat, fil-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, fil-Kurja.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-preseminaristi tal-Propadewtika u wara jiekol magħhom, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Hospice Movement u wara jattendi festin, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina bħala parti mill-Velja tal-Kunċizzjoni, li Radju Marija jorganizza kull sena fuq skala nazzjonali.

Is-Sibt

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja tad-Duluri tal-Pieta’, bħala parti miż-Żjara Pastorali li qiegħed jagħmel fi Guardamangia.

Il-Ħadd

8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja tas-Sorijiet Ursolini, fi Guardamangia.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Banda tal-Karmnu fil-knisja Parrokjali tal-Balluta.