It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali, Tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ewwel konferenza fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal–Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, fil- Kurja.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-istaff tas-Seminarju Maġġuri u membri mill-Fakulta’ tat-Teoloġija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi t-tieni konferenza fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal-Kungress Ewkaristiku Internzzjonali, fil- Kurja.

Il-Ħamis

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni, fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-mexxejja tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, fl-istess parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adoloxxenti,fl-istess parroċċa.

8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ, fl-istess parroċċa.

Il-Ġimgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jmexxi purċissjoni bis-Sagrament Imqaddes bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel ċentinarju tal-Kungress Ewkaristiku Internzzjonali, Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Is-Sibt
Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-Oratorju tas-Sależjani, tas-Sliema.