It-Tnejn
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
It-Tlieta
4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq RTK.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet ta’ Santa Klara, f’San Ġiljan.
L-Erbgħa
8.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.
Il-Ħamis
10.30 a.m. L-Arċisqof jinawgura kċina ġdida f’Dar Sagra Familja, Naxxar.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Konsli ta’ Malta għall-iskambju tal-awguri.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-parroċċa ta’ Żabbar bi tħejjija għaż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bi ktieb kommemmorattiv mill-Fondazzjoni Millennium Chapel.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Żabbar.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili, Żabbar.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-ċentru Marija Bambina, Żabbar u wara jiltaqa’ ma’ grupp ta’ operaturi pastorali minn din iż-żona.
6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi Festin tal-Milied għas-saċerdoti, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.