It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof izur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Marsaxlokk, bħala parti miż-żjara pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof izur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Marsaxlokk.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti ta’ Marsaxlokk.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ Marsaxlokk.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Marsaxlokk.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali ta’ Marsaxlokk.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħe sehem f’programm ‘live’ fuq TVM.

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Persuni b’Dizabilita, fil-parroċċa tal-Qawra.

12.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-istudenti mill-Għaqda tat-Teoloġija li qed jieħdu sehem fil-Kampanja ta’ radju RTK ‘Familji fil-bzonn’, l-Universita’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm irrekordjat fuq ir-radju tal-komunita’ tan-Nadur Għawdex, ‘Radju Lauretana’.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Marsaxlokk.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.

Il-Ħamis

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ li qed jippreparaw biex jibdew il-formazzjoni fis-Seminarju.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’programm rrekordjat fuq Favourite Channel.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Marsaxlokk.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ ta’ Marsaxlokk.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ student tal-iskola St Joseph, Blata l-Bajda biex jagħtuh l-Awguri tal-Milied.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedil-Konferenza Episkopali.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Marsaxlokk individwalment.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.

8.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Marsaxlokk u joqgħod magħhom għall-ikel.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa ta’ Birzebbugia.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Birzebbugia.

8.00 p.m.   L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjeta ċivili.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-koppji mexxejja tal-parroċċa ta’ Birzebbugia.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-katekisti tal-istess parroċċa.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta’ Birzebbugia.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-membri tal-‘Malta Football Referees Association’.