It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’programm televiżiv fuq TVM.

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fit-tieni sessjoni tal-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-voluntieri tad-Dar tal-Providenza, fil-Limestone Heritage, Siġġiewi.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Ħal-Kirkop.

4.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Isqof Sebastian Treckyardi, Isqof ta’ Vijapura, India, fir-reżidenza tiegħu, Attard.

Il-Ġimgħa

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assoċjazzjoni Lajċi Agostinjani, f’Bonavia House, Birkirkara.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ inawgurazzjoni ta’ Fr. Joseph Farrugia bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

Il-Ħadd

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra is-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Kalkara.