• 31 ta’ Marzu – 6 ta’ April

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
     
    It-Tlieta          
    4.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
     
    L-Erbgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Dar tal-Kleru, Birkirkara.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djocesan, il-Kurja.
     
    Il-Ħamis         
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’irtir tal-Kapitlu Metropolitan, f’Dar San Ġużepp, ir-Rabat.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonia bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Balluta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ nies mill-parroċċa tal-Balluta.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili tal-istess parroċċa.
     
    Il-Ġimgħa
    3.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi, fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid ta’ Malta u wara jattendi għall-għoti tal-Ġurament fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.
     
    Is-Sibt            
    4.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Casa Leone u wara iżur ir-residenti, il-Balluta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jinawgura wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-istess parroċċa.
     
    Il-Ħadd
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt ir-Rally annwali tal-Boy Scouts u Girl Guides, il-Furjana.