It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tad-Duttrina f’Birkirkara (S. Marija), bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp mid-Djoċesi ta’ Dignes, Franza, fil-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Birkirkara (S. Marija) u wara jiekol magħhom.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Birkirkara (S. Marija).
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq TVM.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-istudji Teoloġiċi, f’ Tal-Virtu’.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli u wara jiltaqa’ mar-residenti.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ Prize Day tal-iskola Tereza Nuzzo, Marsa.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Gran Mastru Nicholas Paparicaololaou tal-Ordni Sovran ta’ Ġerusalemm (Ordni Ekumeniku), fil-Kurja.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fil-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq radju RTK.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq jum adorazzjoni tal-Kurċifiss Mirakuluż, fil-Knisja ta’ Ġiesu, Valletta.
Is-Sibt
Il-Ħadd
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni tal-ewwel sena anniversarju taż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI.