It-Tnejn

9.15 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

8.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Franġiskani (ĠIFRA) fil-Kalkara.

It-Tlieta

10.00 a.m.      L-Arċisqof jippresiedi laqgħa mal-Fundazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, fil-Kurja.

12.00 p.m.      L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Joe Borg, Direttur tal-Appostolat tal-Baħar.

4.00 p.m.        L-Arċisqof jipparteċipa fi programm live fuq Radju Marija.

6.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Anthony Casha, President tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, ir-Rabat fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

7.30 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-gruppi ta’ Evanġelizzazzjoni fl-Iklin.

L-Erbgħa

9.00 a.m.        L-Arċisqof iżur l-iskola ta’ Santa Monika fil-Mosta.

6.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ żgħażagħ li qed jirriflettu dwar il-vokazzjoni saċerdotali, jiċċelebra quddiesa u wara jiekol magħhom fis-Seminarju, f’Tal-Virtú.

Il-Ħamis

7.00 p.m.        L-Arċisqof jattendi dramm imtella’ mill-priġunieri fl-iskola ta’ Santa Monika, il-Gżira.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jbierek il-Kappella tal-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali.

7.00 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Moviment Era Ġdida.

Is-Sibt

10.15 a.m.      L-Arċisqof ikollu żjara ta’ kortesija mill-Moviment Familiaris Consortio, fil-Kurja.

11.00 a.m.      L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Patri Paul Bugeja OFM Cap., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina, Marsa, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa, fil-Kurja.

5.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina tal-Marsa.

6.30 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa.

Il-Ħadd

9.00 a.m.        L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Corpus Christi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.