It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.

6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Katetika, l-Ħamrun.

It-Tlieta

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, l-Ħamrun.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal- Kummissjoni Implimenazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fis-Sala Parrokkjali, l-Ħamrun.

L-Erbgħa

9.30a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti bniet tal-iskola sekondarja tal-Ħandaq, fil-Kurja.

10.00 a.m. Jiltaqa’ mas-seminaristi li għadhom kif ġew aċċettati bħala Kandidati għad-Djakonat, l-Kurja.

11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament tal-Q.T. Benedittu XVI u talb għall-Konklavi, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u wara jiekol magħhom, fil-Ħamrun.

Il-Ġimgħa

10.45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Filip de la Morena, Ambaxxatur ta’ Spanja, l-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali bl-Istatwa Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur, u wara jiċċelebra quddiesa fl-Isla.

Is-Sibt
Ħadd