It-Tnejn

9.50 p.m. L-Arċisqof jasal lura mill-Kroazja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ l-Imġarr.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa tal-Imġarr.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assembleja Parrokjali tal-Imġarr.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-E.T. Efisio Luigi Marras, l-Ambaxxatur il-ġdid ta’ l-Italja għal Malta, jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiġi pprezentat b’replika tal-fidda ta’ bolla b’tifkira taz-Zjara Appostolika f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, mis-Sur Joseph Gafa, CEO tal-MaltaPost fil-Kurja.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet tal-Mosta, Dun Mario Tong dwar iż-Żjara Pastorali li se ssir fil-Parroċċa tiegħu.

11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

4.30 p.m. Mons. Thomas Mensch, l-Arċisqof ta’ Kumasi, Ghana, jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.20 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Katekisti, fil-Blata l-Bajda.

10.15 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-programm ‘Uċuħ’, fuq NET TV.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xogħol dwar Jum il-Ħadd, f’Dar l-Emigrant.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-attivitajiet ta’ Freshers’ Week fl-Universita’ ta’ Malta.

11.30 a.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek l-uffiċċju ċentrali tal-APS, Imsieraħ.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għaż-żgħażagħ li għamlu xogħol ta’ volontarjat matul is-sajf, fil-kappella ta’ l-Universita’.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippreasiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-kunċert mis-South Wales Police Band and Corp Drums b’risq il-komunita’ Anglikana, Sliema.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista fuq NET TV.

Il-Ħadd

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-kappella ta’ San Andrija, Mosta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Grupp Pastorali taż-żona.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjeta’ ċivili tal-Mosta.

4.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-kunċert ‘Voices’ f’Dar il-Mediterran.