It-Tnejn
8.00 p.m. L-Arċisqof ikun il-mistieden għall-ikel tal-Kan. Simon Goffrey, Kanċillier tal-Pro-Katidral ta’ San Pawl, Valletta.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-unur Care Malta Award, f’Casa Arkati, Mosta.
4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Old Girls tas–Sorijiet tas-Sacred Heart fil-ftuħ tal-Kungress Internazzjonali tagħhom f’Malta.
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ fir-residenza tiegħu ta’ Ħ’Attard lill-Archimandrita Clemente Bobchev, Vigarju Ġenerali tal-Knisja Ortodossa fil-Bulgarija, għal zjara ta’ kortesija.
9.30 a.m. L-Arċisqof imexxi il-Purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor fiz-Zejtun.
7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ ta’ wirja marbuta mal-Miġja tal-Papa f’Malta, dwar il-wirt reliġjuz f’pajjizna, fil-Berġa ta’ Kastilja.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-Kapitlu Ġenerali tal-Ursolini, Sliema.
12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Pirjol Ġenerali tal-Patrijiet Agostinjani, fil-Kunvent tal-Belt, Valletta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista dwar iz-zjara tal-Papa, f-Ħ’Attard.
7.30 p.m. L-Arċisqof jjiltaqa’ mal-Infermiera f’laqgħa organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi,fl-Istitut Kattoliku.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u Konsum, is-Sur John Dalli.
10.30 a.m. L-Arcisqof jiltaqa’ mas-Saċerdoti Djoċesani li ġew ordnati fis-sena 2009.
6.15 p.m. L-Arcisqof imexxi pellegrinaġġ nazzjonali, flimkien mal-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, minn ħdejn Mount St. Joseph, Mosta, sa ħdejn il-kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arcisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publiju, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, Valletta.
10.00 p.m. L-Arcisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Paceville bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-Parata Annwali tal-Boy Scouts u Girl Guides magħrufa wkoll bħala jum San Ġorġ.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-festa tal-Ħniena Divina fis-Santwarju ta’ San Pawl tat-Tarġa, Naxxar.