It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-kunvent tas-Sorijiet Dorotej fl-Imdina, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.
5.00 p.m. L-Arċisqof jitlaqa’ mal-katekisti tat-tfal tal-Imdina.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa tal-Imdina.
6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità tas-Sorijiet Dorotej.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-Kulleġġ Sant Elija li rċevew is-sagrament tal-Grizma, fil-Kulleġġ f’ Sta Venera.
12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Servizz Ekumeniku fil-Kappella tal-Università.
4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, fis-Seminarju tal-Virtù.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kleru fl-okkażjoni ta’ Jum is-Saċerdot, fis-Serminarju, tal-Virtù.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Mons. Gabriel A.A. Monte, Isqof ta’ Jasikan, Ghana, fil-Kurja.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mac-Chairman tal-Bank APS, il-Prof Emanuel Delia, fil-Kurja.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u Pastorali tal-Imdina.
6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Imdina.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-Imdina.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-kappillan il-ġdid, Dun Ewkarist Zammit.
5.00 p.m. L-Arċisqof ibierek u jinawgura l-estenzjoni l-ġdida tal-iskola Sant’ Agata, r-Rabat.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-assemblea parrokkjali tal-Imdina, fil-kunvent tas-Sorijiet Dorotej.
8.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ftuħ uffiċjali ta’ Palazzo Depiro, l-Imdina.
Is-Sibt
10.00 a.m L-Arċisqof jindirizza l-konferenza nazzjonali ‘Biżżejjed għal kulħadd’ organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur qassisin li qed jgħixu ħajja kontemplattiva, limiti tar-Rabat.
L-ebda impenji uffiċjali l-Ħadd.