It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Ms Lucy Stewart, President tal-Maltese Australian Association.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat tal-Każin tal-Banda S. Gabriel li se jippreżentawlu ktieb ta’ l-istorja tas-Soċjeta.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Każin tal-Banda S. Bartilmew tal-Għargħur fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi attivita’ soċjali għas-saċerdoti fil-Kunvent tal-Kappuċċini, Furjana.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq radju RTK.

L-Erbgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, fis-Seminarju, Tal-Virtu’.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Grupp taż-Żgħażagħ mill-Parroċċa ta’ San Bastjan fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Saċerdoti Żgħażagħ fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kapitlu tal-Kolleġjata ta’ B’Kara u joqgħod għall-ikel magħhom.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ tal-maratona għall-ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bi produzzjoni mill-Għaqda Biblika Maltija, tat-Testment il-Ġdid fuq CD, fil-Kurja.

7.15 p.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tar-residenti taċ-Ċentru ta’  San Blas immexxi mill-Caritas.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li qed jagħmlu l-Griżma matul din is-sena, fil-Katidral tal-Imdina.

7.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura sala ġdida u arkivju fil-Każin tal-Banda De Paule, Raħal Ġdid.

Il-Ħadd

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa tal-Għargħur.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, Birgu.