It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja TA’ Tal-Ibraġ bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma Fr Tony Agius, Kappillan ta’ Tal-Ibraġ dwar iż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tiegħu.

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq radju RTK.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, fiċ-Ċentru Parrokkjalita’ Tal-Ibraġ.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

L-Erbgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa , fid-Dar Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Tal-Ibraġ u jiekol magħhom.

Il-Ħamis

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-60 sena anniversarju tal-ordinazzjoni għas-saċerdozju tal-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca, l-Katidral, l-Mdina.

Il-Ġimgħa

11.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kumitat Saċerdoti Żgħażagħ, il-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa ‘f’Jum il-Lajċi’, f’Santa Monika, Birkirkara.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, il-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-komemorazzjoni u  jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 anniversarju ta’ Youth Fellowship, f’Gattard House.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma għall-komunita’ Ġermaniża, fil-knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta.