It-Tnejn

9.15 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.45 p.m.          L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu bħala parti miż-Żjara Pastorali li qed jagħmel fi Gwardamanġa.

6.00 p.m.          L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika fi Gwardamanġa.

It-Tlieta

9.30 a.m.         L-Arċisqof jipprediedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall-Isqfijiet u l-membri tal-Kapitlu Metropolitan, fil-Katidral tal-Imdina.

L-Erbgħa

10.00 a.m.       L-Arċisqof jinawgura l-Arkivju Diġitali fil-Kurja, l-Furjana.

11.30 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

5.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, fis-Seminarju tal-Virtù, r-Rabat.

Il-Ħamis

10.00 a.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl, ir-Rabat.

6.00 p.m.          ­L-Arċisqof jattendi konferenza bl-Isem 50 Sena wara l-Konċilju Vatikan II. Jindirizza l-konferenza Fr. Edward Farrugia S.J.

Il-Ġimgħa

5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu bħala parti miż-Żjara Pastorali li qed jagħmel fi Gwardamanġa.

7.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi kunċert organizzat mill-APS bank, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Is-Sibt

9.30 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

5.00 p.m.       L-Arċisqof jattendi għall-Investitura tal-Kavallieri tas-Santu Sepulkru.

Il-Ħadd

9.15 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali ta’ Jum it-Tifkira fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.