It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
1.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Kardinal Elett Mons. Prospero Grech O.S.A., mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal ta’ San Ġiljan bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta San Ġiljan.
It-Tlieta
9.55 a.m. L-Arċisqof jilqa’ fl-Ajruport lill-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Agostino Vallini, Vigarju ta’ Ruma li flimkien ma’ erba’ isqfijiet u 150 saċerdot mid-Djoċesi ta’ Ruma se jagħmlu pellegrinaġġ Pawlin f’Malta
11.30 a.m. L-Arċisqof, flimkien mal-Kard. Elett Mons. P. Grech, jindirizza konferenza stampa, il-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi velja ta’ talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. P. Grech, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Kardinal Elett Mons. P. Grech, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħamis
9.15 a.m. L-Arċisqof jindirizza lill-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Agostino Vallini u l-grupp ta’ saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta qabel it-talb tal-Lawdi.
5.15p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Għasar fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa
9.15 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Ġenerali tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, Mount St Joseph.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda organizzata mill-Kummissjoni għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes, fil-Knisja ta’ Sta Tereza, Birkirkara.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twaqqif ta’ Domus Sagra Famiglia, fiż-Żejtun.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Għarajjes li se jiżżewġu fl-2012, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.