It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jiltaqa’ mal-membri tal-Grupp ‘Belong’, fil-Kunvent tal-Klarissi, San Ġiljan.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-istudenti ta’ l-iskola San Ġużepp, Blata l-Bajda jagħmlu żjara lill-Arċisqof, fil-Kurja, biex jagħtuħ l-awguri tal-Milied.
12.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-kampanja għall-ġbir ta’ fondi organizzata mill-istudenti tal-Fakulta tat-Teoloġija b’kollaborazzjoni ma’ radju RTK, fl-Universita’.
4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jmexxi adorazzjoni organizzata minn Radju Marija, fil-Katidral tal-iMdina.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Kappillan il-ġdid, Fr. Josef Mifsud.
5.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tad-dħul ta’ aspiranta ġdida fl-Istitut Sekulari “Spigolatrici della Chiesa”, fis-Seminarju f’Tal-Virtu’, Rabat.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi prospettivi fir-residenza tiegħu, f’Ħ’Attard.
7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi attivita’ għall-membri tas-Segretarjati u l-Kummissjonijiet, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.
Il-Ġimgħa
12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maċ-Chairman tal-APS, Prof. Lino Delia, fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-delegati tiegħu fil-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-225 sena mill-konsagrazzjoni tal-Knisja tal-Gudja.
Il-Ħadd
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha żewġ reliġjużi mill-Ordni Konventwali Franġiskan se jiġi ordnati Djakni, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar.