It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof jattendi business breakfast għall-edituri u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media, organizzat mis-segretarjat għall-Komunikazzjoni Soċjali, fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana.

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-Creche tal-Ursolini, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi Assemblea Parrokkjali, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Girgor, tas-Sliema.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

12.00 p.m. L-Arċisqof imexxi s- Supplika tal-Madonna ta’ Pompei, fil-knisja tal-Ġiżwiti, l-Belt Valletta.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, il-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Pompei fil-parroċċa ta’ Marsaxlokk.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-għalliema u studenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Knisja ta’ Santa Tereża Birkirkara.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ li qed jirriflettu fuq il-vokazzjoni saċerdotali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa, u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għall-istaff tas-Seminarju, fid-Dar ta’ San Ġużepp, ir-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

Is-Sibt

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi, fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

Il-Ħadd

8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-wasla tal-istatwa ta’ San Filep, fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħaż Żebbuġ.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali, u wara jiltaqa’ man-nies.