-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi u jiċċelebra Quddiesa, fis-Seminarju, tal-Virtù.It-Tlieta
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju għand is-Sorijiet Missjunarji tal-Karità, Bormla.L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lil-E.T. Rev.ma Mons. Matthias Koenig, Isqof Awżiljarju ta’ Paderborn, flimkien ma’ grupp ta’ pellegrini, għal żjara ta’ korteżija, il-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet ta’ Ħaż-Zebbuġ, Dun Daniel Cardona u mal-Kappillan tal-Balluta Dun Maurice Abela O.C., dwar iż-Żjarat Pastorali li saru fil-parroċċi tagħhom.Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa. 6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tas-subien tas-Siġġiewi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tas-Siġġiewi.Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ 50 pellegrin mill-Ġermanja, li qegħdin fuq pellegrinaġġ Pawlin f’Malta, għal żjara ta’ korteżija, fil-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Parroċċa San Bastjan, Ħal Qormi, Dun Joe Buhagiar, dwar iż-Żjara Pastorali li ser issir fil-parroċċa tiegħu.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana, fl-Iskola ta’ Santa Monika, Birkirkara.Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana, fl-Iskola ta’ Santa Monika, Birkirkara.
4.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Fratelli għal mument ta’ talb, imexxi purċissjoni lejn il-Knisja parrokkjali ta’ Ħal Qormi (San Bastjan) u jiċċelebra Quddiesa fil-bidu taż-Zjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.Il-Ħadd
10.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-Konvivenza tal-Mixja Neo-Katekumenali u jippresiedi l-Ewkaristija.