It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel laqgħa fil-Katidral, l-iMdina, għal grupp ta’ tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja parrokkjali taż-Żejtun, fl-okkażjoni tal-ħamsin sena minn meta Dr Alex Cachia Zammit inħatar president tal-Għaqda Muzikali Beland, Żejtun.

It-Tlieta

7.05 a.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ għas-saċerdoti f’Ruma, f’ għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdot.

L-Erbgħa


Il-Ħamis


Il-Ġimgħa


Is-Sibt

1.25 p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Ruma.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilka ta’ S. Elena, Birkirkara, fl-okkażjoni tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili, Birkirkara.