It-Tnejn

L-Arċisqof iżur lill-E.T. Mons. George Niederauer, Arċisqof ta’ San Francisco, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu lill-emigranti Maltin f’San Francisco, l-Istati Uniti, u wara lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali.

It-Tlieta

L-Arċisqof iżur lil membri tal-komunitá Maltija f’San Francisco li huma morda u dawk fl-isptarijiet.

L-Erbgħa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

L-Arċisqof jitlaq minn San Francisco għal Honduras, fejn jingħata merħba fil-belt kapitali   Tegucicalpa, mill-Isqfijiet Mons. Robert Camilleri OFM u Mons. Joe Bonello OFM, u l-patrijiet Franġiskani Minuri Patri Albert Gauci u Patri Anġlu Falzon.

L-Arċisqof jagħmel żjara ta’ korteżija lill-E.T. il-Kardinal Oscar Andres Rodriguez.

L-Arċisqof iħalli Tegucicalpa għal belt ta’ Juticalpa, fejn Mons. Joe Bonello huwa Isqof tad-djoċesi.

Is-Sibt

L-Arċisqof iżur iċ-ċentru ta’ formazzjoni “Diego Vella” u jibqa’ sejjer għal Catacmas fejn iżur il-qabar ta’ Patri Diego Vella, l-ewwel missjunarju Malti fil-Honduras.

L-Arċisqof iżur lill-komunità Franġiskana.

L-Arċisqof jirritorna fil-belt ta’ Juticalpa fejn iżur l-opra soċjali “Santa Gertrudis”.

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa  fl-‘Aldea El Ojustal’ u jiekol għand is-Sorijiet Franġiskani.

Il-Ħadd

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral ta’ Juticalpa.

L-Arċisqof iżur il-Monasteru tas-sorijiet tal-Klarissi u jiekol għandhom.

L-Arċisqof iżur id-dar tan-novizzjat tas-Sorijiet Franġiskani.

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Gertrudis fil-belt ta’ Juticalpa.