It-Tnejn

9.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, fil-kunvent tad-Dumnikani, Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-inawgurazzjoni tal-ktieb ‘Ilwien Festi Maltin’ mill-awturi Mark Micallef u Andrew Borg, fl-Iskola tal-Arti, il-Belt, Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tielet minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, fid-Dar tal-Irtiri Mount St. Joseph, Mosta.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtu.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-graduation tal- Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, s-Seminarju, Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

5.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi fis-Seminarju, Rabat.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fis-Sala Sant Agata, ir-Rabat, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi r-raba’ minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fir-residenza tiegħu mal-W.R.P. Dominic Mangani O.F.M. Kapp., il-Provinċjal il-ġdid tal-Patrijiet Kappuċċini.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-gradwazzjoni ta’ diversi professjonisti fil-Knisja tal-Ġiżwiti, l-Belt, u wara jattendi banquet fl-Aula Magna.

Il-Ġimgħa

6.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-konsagrazzjoni tal-Isqof Emmanuel Barbara, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, ir-Rabat.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-20 anniversarju ta’ Dar il-Kaptan, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tan-Naxxar.