70 plejer bdew sessjonijiet ta’ taħriġ għall‑isfida tal‑Maratona tal‑Volleyball b’risq id‑Dar tal‑Providenza li din is‑sena ser issir bejn il‑Ġimgħa, 19 ta’ Lulju u l‑Ħadd, 21 ta’ Lulju 2024. Ma’ dawn il‑plejers hemm ukoll 12‑il kowċ li qegħdin jassistuhom.
Dan it-taħriġ li se jdum sejjer għal seba’ ġimgħat sħaħ, qed isir fil‑grawnd tal‑Iskola Sekondarja ta’ Pembroke fi ħdan il‑Kulleġġ Santa Klara. It‑taħriġ imbagħad jasal fi tmiemu meta bejn is‑Sibt 29 u l‑Ħadd 30 ta’ Ġunju ssir prova ta’ 24 siegħa ta’ logħob kontinwu. Wara jkunu jridu jintgħażlu, skont kriterji stabbiliti, l‑40 player li se jipparteċipaw fl‑edizzjoni tal‑Maratona tal‑Volleyball ta’ din is‑sena li mbagħad jinqasmu f’ħames timijiet. Bħas‑snin l‑imgħoddija, il‑Maratona se tinżamm fil‑parkeġġ tad‑Dar tal‑Providenza fis-Siġġiewi. Il-Bank of Valletta se jkun l-isponsor ewlieni ta’ din l-attività.
Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jidħol fis‑sit elettroniku: www.sabihlitaghti.org