Ir-rapprezentant permanenti tas-Santa Sede ghall-Gnus Maqghuda, l-Arcisqof Silvano Tomasi, irrefera ghal studju li sab li 75 persuna minn kull mija maqtula minhabba mibgheda religjuza, huma Insara. F’kummenti meta kien qed jindirizza s-sittax-il Sessjoni Ordinarja tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani, dwar il-liberta religjuza, l-Arcisqof Tomasi insista li l-liberta religjuza tinsab fil-qalba tad-drittijiet umani fundamentali.
Kompla jghid li “il-proliferazzjoni tizdied ta’ grajjiet ta’ diskriminazzjoni u atti ta’ vjolenza, turi kif principji legali qed jinkisru fil-prattika”. Sahaq li l-mibgheda religjuza hi ta’ periklu u theddida ghall-izvilupp socjali, politiku u ekonomiku. Fi kliemu, “kunflitt religjuz jippolarizza s-socjeta, jhedded ir-rabtiet mehtiega li jwasslu ghal hajja socjali ahjar u iktar success kummercjali. L-istess kunflitt ikattar il-vjolenza u jwassal ghat-theddida tal-ikbar dritt fundamentali, id-dritt tal-hajja”.
Filwaqt li rrefera ghac-cifri li juru l-frekwenza tal-attakki fuq l-Insara, l-Arcisqof Tomasi insista li d-diskriminazzjoni religjuza ghandha thasseb lil kulhadd. Finalment qal li s-Santa Sede tfittex dejjem li tintervjeni. Qabel kollox tfittex li tirriafferma l-importanza tad-dritt ghall-liberta religjuza ghal kulhadd, ghal kull komunita u socjeta, irrispettivament mid-denominazjoni ta’ fidi.