It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Santa Luċija.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola ta’ St Edwards, fil-Birgu.

5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof imexxi l-Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt u jħabbar il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Papa Beneditu XVI f’Malta.

Il-Ħamis

11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-irtir tas-Saċerdoti u wara joqod għall-ikel magħhom.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissarju Għoli Ingliza, Ms Louise Stanton, fil-Kurja.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ P. Christopher Galdes O.F.M. Konv, kappillan tal-Qawra dwar il-Viżta Pastorali.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa tal-Kandidatura fil-Bażilka ta’ l-Isla u jilqa’ tmien seminaristi bħala kandidati għall-Ordni Sagri.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi l-konferenza ‘Xejriet fil-Familji Maltin’ organizzata mill-Proġett Impenn, fil-lukanda Phoenicia, Floriana.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Qawra, u wara jiltaqa’ man-nies.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ ta’ Patrijiet tal-Qawra u wara jibqa’ magħhom għall-ikel.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Massimilliano Kolbe, l-Qawra.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa tal-Qawra.