It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
It-Tlieta
3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’mal-Missjunarji Maltin, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.
Il-Ħamis
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Benedittu fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija, l-Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta.
12.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ tal-Maratona ‘Oħloq Tbissima’, f’Dar San Ġużepp, Santa Venera.
6.30 p.m. L-Arċisqof jassisti f’quddiesa ta’ radd-il ħajr fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mit-twaqqif tal-Provinċja Dumnikana f’Malta, fil-Knisja tad-Dumnikani, r-Rabat.
8.00 p.m.. L-Arċisqof jattendi għal-riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum il-Pulizija, fil-Kwartieri Ġenerali.
Is-Sibt
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ taċ-Ċentru Parrokkjali, l-Qrendi.
Il-Ħadd
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju fil- preżenza fil-Mellieħa tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, fil-Knisja Parrokkjali tal.-Mellieħa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ Franza.