It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku u jiltaqa’ mal-Katekisti fil-Parroċċa tal-Manikata, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni mill-parroċċa tal-Manikata li jixtiequ jkellmuh.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Manikata.

It-Tlieta

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-Għaqda Unions Maltin, fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, fis-Seminarju Tal-Virtu’.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

1.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Kappillani u joqgħod magħhom għall-ikel. 6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Organizzaturi tal-festi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-PBS, jiltaqa’ mal-istaff u l-ħaddiema, u jiċċelebra Quddiesa.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jmexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa Mirakuluza ta’ Gesu’ Redentur u jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika ta’ Senglea.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tad-Delegati fil-Kurja.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkattidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-Konvenzjoni tal-Emigranti u wara jiftaħ il-Convention Exchange fejn jagħmel indirizz lil dawk preżenti.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tal-Banda L’Isle Adame, fir-Rabat.