It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tad-Duttrina ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Għargħur.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mill-parroċċa tal-Għargġur li jixtiequ jkellmuh.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Sekondarja Għolja, fin-Naxxar u jikkonsagra l-istudenti u l-membri tal-istaff lil Qalb ta’ Ġesu u ta’ Marija.
4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju.
7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wara jiċċelebra Quddiesa fis-Seminarju, Tal-Virtu’.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Għarħgur.
6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-Għargħur.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Għargħur.
Il-Ħamis
8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Għargħur.
4.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Għargħur.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi bil-lingwa Ingliza, fil-Għargħur.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-Għarħgur.
Il-Ġimgħa
11.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fir-recording ta’ programm fuq Radju Malta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Parroċċa ta’ Gesu Nazzarenu, Sliema.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kungress Kateketiku fic-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK), B’Kara.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Għargħur.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja tal-Għargħur.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali tal-Għargħur.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Parroċċa taż-Żurrieq.